Telqet idejn it-tifel tagħha għal ftit sekondi, u t-tifel tagħha spiċċa bla ħajja. Din hija l-istorja ta’ omm James Bulger li minn filmat CCTV ħareġ li nħataf minn żewġ subien ta’ għaxar snin u wara nstab mejjet. Dan il-filmat kienet ratu l-omm flimkien mal-Pulizija biex tgħin fl-investigazzjoni. Meta ntebħet li kienu biss żewġ tfal li ħadu lil binha, bħal nibtet tama fiha li se ssib iċ-ċkejken tagħha ħaj.
Iżda dan ma kienx id-destin għal dan it-tifel ċkejken ta’ sentejn, wara li nqatel miż-żewġ subien Jon Venables u Robert Thompson. Wara li sawtuh għal ħin twil, huwa ħbew lit-tifel fil-binarji tal-ferrovija. Is-subien kienu kkundannati tmien snin ħabs.
Illum il-ġurnata din l-omm kitbet ktieb dwar din l-istorja emozzjonali bit-titlu ta’ I let him go. Hija stqarret li meta welldet lit-tarbija tagħha, kellha ħafna ħolm għaċ-ċkejken tagħha iżda qatt ma mmaġinat li se tkun qed tidfen lit-tifel tagħha wara l-qtil tiegħu.
Il-ktieb mistenni joħroġ f’Jannar 2018, li fih tispjega li għall-bidu ma kinitx se tieħu liċ-ċkejken magħha f’dan l-istabbiliment. Dwar dan il-każ li ġara fl-1993, kienu l-eluf li kkummentaw u qalu li kien tort tal-omm li ġara dan kollu, fost oħrajn, u għalhekk riedet tikteb dan il-ktieb “biex fl-aħħar ngħid tiegħi.”