Malta: 1-Henry Bonello, 7-Joseph Mbong (2-Cain Attard 78), 4-Steve Borg, 13-Enrico Pepe, 21-Jean Borg, 3-Ryan Camenzuli, 6-Matthew Guillaumier, 18-Nikolai Muscat (19-Bjorn Kristensen 69), 20-Yannick Yankam (8-Steve Pisani 88), 17-Kyrian Nwoko (68-Alex Satariano 68), 10-Paul Mbong (9-Luke Montebello 86) Coach: Michele Marcolini
Ukrajna: 12-Anatoliy Trubin, 21-Oleksandr Karavayev (20-Oleksandr Zubkov 76), 13-Ilia Zabamyi, 22-Mykola Matviyenko (4-Oleksandr Svatok 46), 16-Vitaly Mykolenko, 5-Serhiy Sydorchuk, 17-Oleksandr Zinchenko (Olaksandr Pikhalyonok 87), 18-Vladyslav Vanat (2-Yukhym Konoplia 67), 7-Georgiy Sudakov (6-Yehor Nazaryna 67), 10-Mykhailo Mudryk, 11-Artem Dovbyk Coach: Serhiy Rebrov
Referee: Morten Krogh (Danimarka)
Wirja pożittiva speċjalment fl-ewwel taqsima ma kinitx biżżejjed għat-tim nazzjonali Malti, hekk kif huwa safa megħlub mill-Ukrajna bl-iskor ta’ 3-1, b’dan jista’ jitqies bħala riżultat kiefer għall-Maltin. B’hekk l-Ukrajna jinsabu fit-tieni post tal-grupp, wara li l-Italja sfaw megħluba mill-Ingilterra bl-iskor ta’ 3-1.
Il-Maltin dehru ferm impostati tajjeb mil-lat tattiku f’kull dipartiment tal-ground iżda sfortunatament ma rnexxielhomx joħorġu mill-ground, almenu b’punt.
Il-Maltin fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-12-il minuta meta Matthew Guillaumier għadda tajjeb lejn Kyrian Nwoko li serva fuq platt tal-fidda lil Paul Mbong, li kellu x-xutt b’saħħtu fil-baxx tiegħu minn tarf il-kaxxa jintemm ġewwa.
L-Ukreni wieġbu erba’ minuti wara permezz ta’ cross-shot fil-baxx ta’ Sudakov, li ġie interċettat tajjeb mill-goalkeeper Malti, Henry Bonello.
Huma komplew jippressaw u fis-26 minuta, xutt fil-baxx ta’ Sudakov ġie devjat f’corner b’mod determinanti minn Enrico Pepe.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tal-Ukreni u fid-39 minuta, ġabu l-iskor indaqs meta Subakov kellu x-xutt fil-baxx tiegħu li deher destinat li jintemm barra, jitkompla għal ġewwa bi sfortuna minn Ryan Camenzuli, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.
Huma rebħu penalty fit-42 minuta meta Joseph Mbong waqqa’ lil Mudryk fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu Artem Dovbyk li ma żbaljax, bil-ballun jgħaddi minn taħt Bonello.
Iżda l-Maltin ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ta’ Matthew Guillaumier, stampa mal-mimduda.
Mumenti wara Mudryk kell x-xutt tiegħu destinat għal ġewwa jiġi mdwwaar f’corner bi bravura minn Bonello.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin, ħarġu ferm aggressvii fit-tentattiv li jġibu l-iskor indaqs u fl-54 minuta, xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Paul Mbong, ġie salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper Ukren, Anatoliy Trubin.
Huma komla jipproduċu logħob sabiħ u fil-61 minuta, Joseph Mbong, ittanta xortih permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx minn tarf il-kaxxa li iżda ġie salvat parzjalment minn mal-art minn Trubin, bid-difiża Ukrena tkun pronta u tikklerja l-ballun f’sigurtá.
L-Ukreni wieġbu fis-70 minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Mudryk li ġie mdawwar f’corner b’ċerta abilitá minn Bonello.
Malta reġgħet ħolqot il-periklu ħames minjti wara, meta xutt mid-distanza ta’ Joseph Mbong għadda għoli.
Iżda kienu l-Ukreni li ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fil-85 minuta, meta Mykhails Mudryk qabeż tajjeb lis-sostitut Cain Attard qabel venven xutt mid-distanza li ta l-ebda ċans lil Bonello, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Ritratt: Domenic Aquilina