It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena temm l-impenji tiegħu fil-Kampjonati Ewropej it-Tlieta filgħaxija meta f’Spanja, Malta ġiet megħluba mill-stess nazzjon 7 – 1.
Spanja, li kienu diġa rebħu l-grupp u meqjusa fost l-aqwa timijiet fid-dinja f’din il-kategorija, marru fil-vantaġġ permezz ta’ Navarro wara biss tmien minuti logħob bl-skor jibqa lis-stess sat-tmiem l-ewwel taqsima.
Mal-bidu tat-tieni taqsima bdiet ix-xita ta’ gowls tal-avversarji. Ruiz skorja darbtejn fil-47 u fil-64 minuta, Sanchez għamilhom tlieta fil-55 minuta b’Navarro jaqgħad id-dopjjetta fil-69 minuta. Lobete fil-73 minuta u fil-78 minuta għamel l-skor 7 – 0.
Madankollu fil-84 minuta Andrea Zammit skorja gowl mill-isbaħ meta minn kważi nofs il-grawnd irnexxilu jegħleb il-goalkeeper avversarju għal skor finali ta’ 7 – 1.
Bil-gowl ta’ Andrea Zammit, it-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena kiser rekord ta’ gowls skorjati f’tletin sena ta’ parteċipazzjoni. L-aktar darba lit-tim nazzjonali Malti skorja gowls f’din il-kategorija kien fl-2017 meta ġew skorjati disa gowls.
Malta għalhekk spiċċat l-impenji tagħha fil-ħames post b’total ta’ sitt punti, punt biss inqas mill-Irlanda ta’ Fuq u l-Litwanja.