It-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena sofra telfa kbira ta’ 4-1 f’partita ta’ ħbiberija kontra s-Slovakkja, bil-goals għalihom jaslu tnejn fl-ewwel taqsima u tnejn fit-tieni waħda.
Is-Slovakki kienu indubbjament l-aħjar team fl-ewwel taqsima, iżda fit-tieni taqsima il-Maltin wettqu reazzjoni tajba u ġew ippremjati permezz tal-goal.
Is-Slovakki għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta l-ewwel il-goalkeeper Malti Matthias Debono wettaq save sabiħ fuq konklużjoni minn taħtu, biex mir-rebound Dominik Veselovski spara ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u fid-19-il minuta xutt fil-baxx mid-distanza ta’ Roman Cerepkai ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn mal-art minn Debono.
Kulma jmur kompla d-dominju assolut tas-Slovakki u fit-28 minuta, wara li rċieva minn azzjoni ta’ freekick, l-awtur tal-goal Dominik Veselovski kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tgħaddi ftit għoli.
Il-Maltin wieġbu għall-ewwel darba fit-33 minuta meta Basil Tuma ħoloq l-ispazju għall-player ta’ Floriana, Mattia Veselji, li kellu l-konklużjoni tiegħu mid-distanza tintemm barra.
Is-Slovakki reġgħu ħolqu l-periklu erba’ minuti wara meta meta Adam Tucny kellu xutt mid-distanza salvat tajjeb minn Debono.
Huma rduppjaw l-iskor fl-44 minuta meta Samuel Kopasek avvanza tajjeb, xeħet cross għan-nofs li sab lil Adam Tucny li b’sidru minn taħt il-lasta kompla l-ballun għal ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni tasima, il-Maltin ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fit-53 minuta Basil Tuma għadda l-ballun fid-direzzjoni ta’ Mattia Veselji li iżda ma rnexxilux jolqot il-ballun, bl-azzjoni tisfuma fix-xejn.
Il-Maltin komplew jiddettaw il-logħob u ta’ dan ġew ippremjati permezz tal-goal żewġ minuti biss wara meta Basil Tuma xeħet cross preċiż lejn Mattai Veselji li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka.
Iżda kienu s-Slovakki li reġgħu sabu x-xibka fis-67 minuta, meta minn ballun li deher mitluf, is-sotitut Artur Gajdos, li kien ilu biss sitt minuti fil-ground, b’xamma kbira għall-goal irnexxielu jitfa’ ġewwa.
Huma komplew fuq l-offensiva u fil-71 minuta, is-sostitut Alexander Selecky approfitta minn żball fid-difiza ta’ Zean Leoanrdi u minn quddiem il-goalkeeper Slovakk għamel l-impossibli u tefa’ barra.
Is-Slovakki issiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fil-ħin miżjud minn Nino Marcelli.
U proprju ħames minuti fil-ħin miżjud, iż-żewġ timijiet spiċċaw jilagħbu b’10 players, fejn għall-Maltin tkeċċa Reeves Cini, waqt li għas-Slovakki tkeċċa Filip Mielke.
Is-Slovakki komplew jamministraw il-vantaġġ li kellhom sa tmiem il-partita.