It-tim nazzjonali Malti beda l-impenji tiegħu fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 b’telfa barra mill-pajjiż kontra l-Maċedonja Ta’ Fuq.
Apparti li din kienet l-ewwel partita fil-grupp, kienet ukoll l-ewwel partita għal kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti Michele Marcolini.
Fl-ewwel taqsima t-tim nazzjonali Malti rnexxilu jrażżan lill-avversarji fejn minkejja li l-Maċedonja kellhom iżjed minn dak li huwa pussess, qadd ma’ ħolqu azzjonijiet ta’ periklu.
Mhux lis-stess jista jingħad għat-tieni taqsima hekk kif il-Maċedonja dehru iżjed determinati li jsibu x-xibka Maltija kif filfatt irnexxilhom jagħmlu għal darba darbtejn.
Ma’ kważi siegħa logħob it-tim nazzjonali Malti ħelisa ħafif hekk ir-referee tal-partita annulla penalty wara li kellu jirreferi għal VAR.
Madankollu fil-66 minuta l-Maċedonja marru fil-vantaġġ meta Bojan Miovski provda u Eljif Elmas b’konklużjoni sabiħa għeleb lil Henry Bonello għal 1 – 0. Sitt minuti wara l-Maċedonja għamluhom tnejn meta Churlinov provda u Enis Bardhi, wara li k-kontrolla, fajjar xutt b’saħtu li spiċċa fil-lasta ta’ Malta.
Pero r-reazzjoni mill-plejers Maltin waslet u waslet b’gowl hekk kif is-sostitut Yannick Yankam, wara li kien ilu fil-ground inqas minn għaxar minuti, naqqas id-distakk għal Malta wara azzjoni konfuża fil-kaxxa ż-żgħira.
Minuta mit-tmiem, l-Maċedonja mill-ġdid perikolużi fejn laqtu l-lasta permezz ta’ Bardhi direttament minn free-kick bl-skor finali jibqa dak ta’ 2 – 1.
Minn Grupp C ukoll, l-Italja ġew megħluba mill-Ingilterra 2 – 1.
L-impenn li jmiss għal Malta jkun nhar il-Ħadd li ġej fl-Stadium Nazzjonali kontra l-Italja.
Ritratt: Mark Zammit Cordina