It-telefonati mid-Dar Ċentrali ma swew xejn. L-aptit għat-tielet protesta fuq l-istess suġġett ma kienx hemm u l-attenda tas-Sibt filgħodu uriet. Anke għax illum il-każ huwa magħluq bil-passi li ħa l-Prim Ministru. Intant, Michael Briguglio ma ddejjaq xejn li kien hemm sforz b’telefonati mid-Dar Ċentrali biex persuni jattendu l-protesta tas-Sibt filgħodu organizzata mis-“soċjeta ċivili.”
Staqsejna lil Briguglio waqt li kien il-Belt għal din il-protesta. Qalilna li f’demokrazija protesta tkun miftuħa għal kulħadd u għalhekk ma kellu ebda diffikulta li jattendu esponenti tal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt, il-protesta li għaliha attendew ftit għexieren ta’ persuni kienet iddominata minn partitajrji u esponenti tal-PN. Uħud minnhom attendew għax wieġbu għas-sejħa mid-Dar Ċentrali li dwarha staqsejna lil Briguglio u dwarha wieġeb f’dan il-filmat.