Naħseb drajtuhom it-telefonati ta’ David Thake. Iċempel bl-addoċċ għax jippretendi li kulħadd għandu jagħti sodisfazzjon lilu. Dan anke jekk kull mhu propagandist tal-Partit Nazzjonalista li iktar milli ġurnaliżmu jxerred il-mibegħda u l-ħdura. Iżda, donnu meta tmiss lilu David Thake malajr joqmos. Insomma, f’żewġ kelmiet espert ieħor tad-double standards. Mhux se nsemmi l-libell li għaddej miegħu l-qorti għax ħassu urtat. Se nikteb fuq każ ieħor.
Riċentament kitbet xi ħaġa fuqi Daphne Caruana Galizia. Qalet li kkummentajt b’isem fittizju ta’ m buhagiar. Dan kollu għax xi ħadd qabad ‘tweet’ tiegħi u rrepetieha. Dakinhar ġbidtilha l-attenzjoni li jien miniex l-editur tat-Torċa (kif qalet hi) u għalhekk meta ġġib fatt bażiku daqstant ħażin ftit tista’ titwemmen fuq il-bqija.
Ikkoreġiet l-iżball iżda baqgħet tgħid li għandha raġun fuq il-kumplament.
Bħal pappagall irrepeta l-gidba tagħha David Thake meta kiteb: “L-Editur ta’ ONE News żvelat bħala wieħed mill-aktar kummentaturi moqżieża fil-comment boards lokali. Aleander Balzan juża diversi ismijiet foloz biex taparsi hemm ħafna nies jaħsbuha bħalu.” (neħħejtlu ftit l-iżbalji tal-Malti, il-kumment oriġinali fir-ritratt).
La darba kien qed jigdeb dwari ddeċidejt li nċempillu.
Konxju li qatt ma jista’ jipprova dak li qed jgħid, lanqas jekk iqabbad il-ħaddiema kollha li għandu fil-kumpanija tal-IT li ħadet id-direct orders fi żmien il-PN, sfidajtu biex jipprovaha. Qalli li m’għandux għalfejn jagħtini sodisfazzjon. Dan anke jekk il-gidba kienet dwari. Insistejt miegħu biex jipprova dak li qed jgħid u bl-iskuża li qiegħed jaqta’ xagħru qalli li kien mument ħażin. Fi ftit kliem David Thake reġa’ ħareġ ta’ giddieb. Dak li Simon Busuttil għażel biex imexxilu l-propoganda man-nazzjonalisti m’huwiex kredibbli. Nissuġerillu li jieħu l-eżempju ta’ wħud madwaru u qabel jattakka lil ħaddieħor iħares ftit lejn il-mera. U jekk irid jieħu selfie l-importanti ma jtellgħux facebook.
Isma’ t-telefonata hawn taħt.
https://www.youtube.com/watch?v=m4wg6rdhZU8