Il-programm Awla ta’ din il-ġimgħa ser jiddiskuti waħda mill-problema kbar li għandna f’pajjiżna; l-Obeżita’. Panel ta’ nies b’opinjonijiet differenti ser ipoġġu fuq il-pultruni ta’ Awla. Min jaqbel li għandu jmur għal intervent kirurġiku u min jemmen li bid-dieta’ tasal. Uħud jargumentaw li d-dieta’ mhux bizzejjed jekk ma tibdilx l-istil ta’ ħajja.
F’dan il-programm ser niltaqgħu ukoll mal-familja Coleiro li tilfet membru tal-familja tagħha fit-Turkija wara li dan il-membru tal-familja mar jagħmel operazzjoni relatata mal-piż żejjed. X’qed tgħid din il-familja? L-operazzjonijiet huma s-soluzzjoni jew għażla ta’ malajr? Perikolużi jew le dawn l-interventi? Luke Dalli jistaqsi aktar f’Awla, it-Tlieta fid-9pm