Il-pulizija Kanadiża kkonfermat li n-numru ta’ mwiet kawża tal-isparatura li seħħet f’Nova Scotia nhar is-Sbt li għadda tela’ għal 22 persuna. Il-pulizija għadha qed tinvestiga l-każ hekk kif il-mottiv wara dan il-każ għadha mhix magħrufa, madanakollu, l-qattiel, Gabriel Wortman ta’ 51 sena, inqatel waqt konfront mal-pulizija.
Intant, il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qal illi l-Gvern se jkun qed imexxi liġijiet aktar stretti dwar l-użu tal-armi tan-nar.
Il-Kap tal-provinċja Nova Scotia, Stephen McNeil qal illi l-isparaturi huma fost l-agħar attakki ta’ vjolenza fl-istorja tal-provinċja.