Operaturi fil-qasam tal-Fintech jistgħu japplikaw sabiex jittestjaw l-innovazzjonijiet tagħhom taħt il-kappa tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji.
Dan jista’ jsir taħt l-MFSA Fintech Regulatory Sandbox għal perjodu ta’ żmien u taħt diversi kundizzjonijiet.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joe Cuschieri qal li din l-inizjattiva tilħaq waħda mill-għanijiet tal-Awtorità taħt l-istrateġija tal-Fintech li bdiet is-sena li għaddiet.
Semma li din se tagħti opportunità lil kumpaniji fis-settur sabiex jipprovdu soluzzjonijiet teknoloġiċi.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Clayton Bartolo faħħar din l-inizjattiva u spjega li din se tkompli tikkontribwixxi lejn il-kompettività u l-attività ekonomika.