Bħalissa fir-Renju Unit għaddejin bosta diskussjonijiet fuq livell għoli bejn il-pulizija Ingliża u NATO dwar teknoloġija kontra d-drones.
Huma bosta li qed jiddeskrivu din it-teknoloġija bħala għodda li tiġġieled ukoll t-terroriżmu.
Fl-Stati Uniti huma diġa tliet l-kumpaniji li ffirmaw diversi dikjarazzjonijiet mal-awtorita tal-avjazzjoni sabiex ikun hemm ittestjar ta’ din it-tip ta’ teknoloġiji. Mark Radford, Kap Eżekuttiv ta’ Blighter Surveillance, waħda mill-kumpaniji li qed taħdem fuq din t-teknoloġija stqarr li d-drones qed iservu ta’ theddida f’ diversi sitwazzjonijiet fl-Istati Unit kemm f’ajruporti kif ukoll f’bażijiet militari u stabbilimenti tal-Gvern.
Huwa qal li din it-tekonoloġija jirnexxielha ssib id-drone biex imbagħad twaqqaf il-kommunikjazzjoni tagħha ma’ min ikun qed iħaddima biex imbagħad iwaqqfuha u jkun jista’ jinsab l-operatur.
Huwa mifhum li għall-kampjonati Ewropej tal-futbol matul dan is-sajf ser ikun hemm din it-tip ta’ teknoloġija fl-grawnds.