Il-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija (FITA) tinsab f’pożizzjoni li toffri prodotti teknoloġiċi lil nies neqsin mid-dawl. Dan l-apparat jinkludi alternattivi għal keyboard u mouse, iżda anke apparat għat-tisjijr bħal dawk li jintużaw għall-kejl bl-użin u apparat li jżomm il-ħin.
Waqt żjara mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, ħabbru li se joffru wkoll konsulenzi fuq l-akkwist u t-tħaddin ta’ dan l-apparat il-ġdid. Dawn il-miżuri huma mmirati kemm lejn studenti u kemm lejn ħaddiema.