Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li l-Gvern qed iħares lejn użu ta’ teknoloġija 5G biex ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Huwa qal dan waqt li attenda għall-Kungress Mobile World f’Barcelona li ħadu sehem fih mal-elfejn u ħames mitt kumpanija fil-qasam.
Qal li l-użu ta’ mobile technology tista’ ġġib bidla pożittiva f’oqsma bħal dak tas-saħħa, it-trasport u l-agrikoltura fost oħrajn.
“Permess ta’ ċurkett jew pendent jew ear rings nistgħu naraw persuni bħal anzjani li jbatu minn dimensja l-parentali tagħhom illi n-nies li jieħdu ħsiebhom ikun jafu in real time fejn jinsabu fejn jinsabu,” qal Schembri.
Is-Segretarju Parlamentari Schembri qal li huwa importanti li Malta żżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi li jkunu qed iseħħu fid-dinja.
“Dan huwa għalfejn aħna qiegħdin hawnekk biex naraw li Malta tkun fuq quddiem ukoll f’dan is-settur,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari.
Intant waqt il-kungress ġew ppreżentati mudelli ta’ prodotti tal-aħħar teknoloġija bħall-tablets, drones u saħansitrra karozzi li jinstaqu waħedhom minn uħud mill-iktar kumpaniji kbar minn madwar id-dinja.