Persuna ħelsitha ħafif wara li t-tard is-Sibt filgħaxija nqalbet bil-karozza fil-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq San Franġisk, meta għal xi raġuni, il-persuna tilfet il-kontroll tal-karozza u nqalbet biha.
Fuq il-post waslu minnufih ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li għenu lill-persuna toħroġ mill-karozza waqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei taha l-ewwel għajnuna. Mill-ewwel tagħrif li kiseb one news minn fuq il-post, jidher li l-persuna ħelsitha ħafif.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.