Omm ta’ tifel kellha s-sentenza tagħha mibdula fi stadju tal-appell u minflok weħlet xahar ħabs, tpoġġiet fuq probation għal tmintax-il xahar.
Dan wara li għal tmien darbiet ċaħdet lil missier it-tifel milli jara lil binhom kif kienet obbligata li tagħmel mill-Qorti.
L-Imħallef Giovanni Grixti qal li l-omm iddeċidiet hi minn jeddha li ċċaħħad l-aċċess lil missier għax skont hi, binhom irrifjuta jagħmel dan.
Qal li dan ġab trawma kemm fuq il-missier u anki t-tifel.