Fil-Qorti tal-appell, Dierdre Nyasa Rolfe Hornyold-Strickland ingħatat multa ta’ tmien mitt ewro wara argument bejnha u ħaddiem tal-Fondazzjoni Strickland fl-elfejn u tmintax.
Din mhix l-ewwel darba li l-familja Hornyold-Strickland kellha argumenti mal-Fondazzjoni Strickland rigward Villa Parisio f’Ħal Lija.
Fuq din il-villa hemm proċeduri legali.
L-argument inqala’ meta l-ħaddiem tal-fondazzjoni, li huwa ġardinar, kien miżmum milli jagħmel xogħlu meta parti fejn is-soltu jagħmel xogħlu ġiet restritta permezz ta’ katnazz.
Il-ġardinar daħal fil-villa biex ineħħi biċċiet ta’ drapp li kienu qed jgħattu l-kameras tas-sigurtà mpoġġija mill-Fondazzjoni Strickland.