Mara li kienet trabbi l-qtates fl-appartament fejn kienet tgħix instabet ħatja li kienet tħallihom imsakkrin f’darha għal ħin twil. Jidher ukoll li dawn kienu jneħwu l-jum kollu.
Jidher li kienu l-ġirien li fetħu l-kawża kontra Denise Falzon wara li ddejqu bir-riħa li kienu qed iħallu dawn il-qtates fil-blokka tal-appartamenti tagħhom.
Il-Qorti tal-Maġistrati kienet illiberat lil Falzon f’Marzu tas-sena l-oħra, iżda xahar wara, l-Avukat Ġenerali appellamis-sentenza u talab lill-Qorti tal-Appell tirrvokaha.
Jidher li Falzon kienet qed trabbi sebat iqtates bi ksur tal-kuntratt li kienet iffirmat mera xtrat l-appartament tagħha f’ Ħ’Attard, li jgħid li sidien ma jistgħux iżommu annimali fl-appartamenti.
Il-Qorti tal-Appell innutat li Falzon kienet qed iżżomm lil dawn il-qtates imsakkrin f’darha għal ġurnata sħiħa u li b’hekk ħolqot inkonvenjent lill-ġirien. Hija kienet ikkonfermata ħatja u kienet ordnata tħallas €30.