Timmaġinak issib lilek innfisek fuq sit ta’ riċiklaġġ?
Hekk ġralu raġel li spiċċa mira ta’ dik li tista’ tkun ċajta, jew inkella forma stramba ta’ att ta’ tpattija. Li hu żgur li beda s-sena b’mod tal-mistħija, u li jekk vera hija l-għarusa tiegħu u telaqha, se jkollu jpatti qares. Għalhemm ma nafux eżatt x’wassal għal din is-sitwazzjoni. Jaf tkun ċajta bejn kollegi tax-xogħol.
Minkejja li forsi ħafna jidħku meta jaraw din it-tip ta’ kitba, ir-realtà hi li jaf tkun esperjenza umiljanti. Hemm realtà oħra wkoll, li llum-il ġurnata bl-internet tista’ tagħmel minn kollox – mill-aktar att altruwist sa att bħal dan, li hemm min jieħdu b’ċajta u hemm min le.
Ftit wara, l-istess persuna tefgħet kitba oħra, fuq Facebook forum ieħor. Din il-kitba wkoll kienet akkumpanjata bir-ritratt tal-istess raġel.