F’kollaborazzjoni innovattiva ma’ Europride u Esplora, Teatru Malta lest li jsaħħar lill-udjenza tiegħu b’esperjenza teatrali mhux tas-soltu bil-musical “AURA: A Musical in the Dark.”
Ir-reċta tikkonsisti fi vjaġġ mużikali li jaqbeż il-konfini ta’ reċta, u jistieden lill-ispettaturi biex jgħaddu lilhom infushom f’dinja ta’ maġija, diversità u esplorazzjoni sensorja. Irreċtata kompletament fid-dlam, AURA tieħu lil dawk li jżuru l-Planiterium fl-Esplora fi vjaġġ lejn Aura, gżira fejn l-impossibbli jsir possibbli.
Tkellimna mad-Direttur Vikesh Godwhani fejn spjegalna kif dak li jiddistingwi lil AURA mill-produzzjonijiet tat-teatru tradizzjonali huwa l-enfasi tagħha fuq l-immersjoni sensorja permezz ta’ mikrofoni 360°, li jipprovdu esperjenza ta’ smigħ tridimensjonali.
“Bdejna meta għamilna kollaborazzjoni mal-komunità tal-persuni nieqsin mid-dawl u ridna nagħmlu show li mill-bidu nett ikun magħmul għal nies nieqsin mid-dawl, umbgħad sar xi ħaġa li ħafna nies għoġobhom u saret sena wara sena. Din is-sena qed nagħmlu musical”
Dan l-mod innovattiv għad-disinn tal-ħoss, immexxi minn Matteo Depares, jiżgura li kull nota u kelma mitkellma tinstema’ profondament mal-udjenza. Il-kunċett oriġinali u l-iskript għal AURA inkitbu minn Vikesh Godhwani u Marta Vella, filwaqt li l-mużika u l-lirika huma maħduma minn Luke Saydon. Flimkien, taw ħajja f’kapulavur teatrali.
Iżda l-atturi kif kif se taffetwhom din ir-reċta unika? Sandie Von Brockdorff hija waħda mill-atturi prinċipali u qaltilna eżatt kif inbidlet il-perspettiva teatrali tagħhom.
“Din l-ewwel darba li ħa nirreċta bil-vuċi bħala l-istrument primarja tar-reċta u naħseb ħa tkun reċta vera unika għal kulħadd, mhux biss għan-nies li għandhom is-sensi kollha, verament xi ħaġa inklussiva.”
Wieħed jista’ jikseb iktar dettalji u jixtri l-biljetti billi jżur is-sit elettroniku showshappening.com,
Dan il-musical se jsir bejn il-Ħamis 12 ta’ Settembru sal-Ġimgħa 15 ta’ Settembru fil-ħdax ta’ filgħodu u fis-seba’ ta’ filgħaxija.