Tħabbru d-dettalji tal-ħames edizzjoni tal-Cospicua Short Play Festival, li se jsir fit-2 u 3 ta’ Settembru fit-toroq u l-imsieraħ prinċipali ta’ Bormla. Il-pubbliku li se jattendi se jingħata mappa li tindika fejn ser isiru r-reċti.
Il-Festival huwa ffinanzjat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, mill-Awtorità għat-Turiżmu, u mill-Fondazzjoni Kottonera.
F’konferenza tal-aħbarijiet, id-direttur artistiku Joseph Galea spjega li b’kollox kien hemm wieħed u għoxrin sottomessjoniji ta’ reċti għal dan il-festival. Minn dawn intagħżlu disgħa. Waħda mir-reċti hija mmirata għal tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin.
Is-Sindku ta’ Bormla, Marco Aguis, qal li kif għamlet fl-imgħoddi Bormla se tkun qed tagħmel dan il-festival bi pjaċir. Aguis qal li hemm madwar mija u erbgħin parteċipant, apparti dawk kollha li kienu ta’ għajnuna. Ħeġġeġ lil pubbliku sabiex jattendi f’dawn il-jumejn li ġejjin.
‘Nixtieq li nistieden lin-nies biex jiġu jgawdu t-toroq antiki ta’ Bormla, dawk li ma waqgħux fil-Gwerra. Nistedinhom biex jiġu jgawdu magħna dawn id-disa’ attivitajiet li se ntellgħu’’
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, qalet li f’dan il-festival wieħed jista’ jara l-livell għoli ta’ reċtar f’Malta. Tkellmet dwar kif il-kunsill lokali qiegħed jinvesti fit-talenti tiegħu.
‘Hekk kif nibet, twieled, u kompla kiber Il-Cospicua Short Play Festival, fejn apparti li se nkunu qegħdin niċċelebraw festa ta’ talenti lokali fejn jidħol il-qasam tat-teatru, qed nesIbixxu wkoll Irkejjen, ġonna, pjazez f’Bormla.’
Iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Kottonera, Glenn Beddingfield, tkellem dwar l-għajnuna li l-Fondazzjoni tat għal dan il-festival. Qal li hemm il-ħsieb li jsiru festivals oħra wkoll.