Is-Sibt li għadda l-Malta Polo Club organizzat attivita’ bl-isem ta’ Polo For A Cause fejn żewġ timijiet femminili Team Marion Mizzi u Team Dean Gera Salons lagħbu kontra xulxin. Fl-erba’ chukkas li saru, kienu Team Dean Gera li għelbu lil Team Marion Mizzi 7-5.
Kif jindika l-iskor, il-konfront kien ferm bilanċjat fejn kien biss fl-aħħar li Team Dean Gera Salons ħarġu rebbieħa.
Sophie Busuttil skorjat tliet gowls għar-rebbieħa, b’Gillian Gatt Pace More tkun awtriċi ta’ tripletta. Rebecca Gera skorjat żewġ gowls b’Serena Galea tissiġġilla r-rebħa għat-tim tagħha.
Team Marion Mizzi kien magħmul minn Abbie Louise Bailey, Ella Rose Parker, Emma Aquilina u Petra Vella filwaqt li Team Dean Gera Salons kellhom lil Sophie Busuttil, Serena Galea, Rebecca Gera u Gillian Gatt Pace More.
L-għan ta’ din l-attivita’ kien sabiex jinġabru fondi għal Europa Donna Malta, organizzazzjoni li tgħin lil dawk il-familji u individwi li għaddejjin minn problemi relatati mal-marda tal-kanċer.
Din l-attivita’ saret bl-appoġġ ta’ EquestriMalta.
Photo Credit: Aldo Scicluna


