Francesca Grech illum kellha x-xorti li tagħlaq 91 sena. Mhux kulħadd ikollu x-xorti li jgħix dawn is-snin kollha u għalhekk dalgħodu l-istaff tar-residenza tal-anzjani St. Elizabeth flimkien mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana pruvaw iferħu lil din l-anzjana.
Francesca hija maħbuba ferm u mħarsa b’għożża f’din ir-residenza. Wieħed japprezza l-ħidma tal-istaff, tat-tobba u l-infermiera meta jara tbissima fuq fomm l-anzjani.