Il-Fondazzjoni Dar Merħba Bik qed tappella lill-pubbliku biex joqgħod attent meta jiġi avviċinat biex jagħti donazzjoni għal din il-Fondazzjoni.
Dan hekk kif fil-preżent, mingħajr ebda awtorizzazzjoni, qed iddur mara b’xagħar lixx u bjond ta’ età medja fejn qed tbigħ biljetti tal-prima bir-rigal tar-rebħa tkun Madonna. Hi qed tgħid lil dak li jkun li l-qligħ kollu se jkun qed imur lejn Dar Merħba Bik iżda fil-verità xejn m’hu minnu.
Il-Fondazzjoni qalet li din il-mara m’għandha ebda permezz u lanqas għandha tag uffiċali mingħand l-istess Fondazzjoni li tawtorizza dan il-bejgħ.
Hi ntlemħet f’diversi lokalitajiet madwar Malta.
Kull min irid aktar informazzjoni jista’ jagħmel kuntat fuq: 21440035.