Nhar il-Ħadd 31 ta’ Marzu se jsir it-tberik tal-annimali fil-pjazza tan-Naxxar. Id-dimostrazzjoni bl-annimali kif ukoll it-tberik se jsir fil-pjazza fejn ser ikun hemm ukoll is-sehem tal-iscouts tan-Naxxar.
Ser ikun hemm ukoll wirjiet mill-klieb tad-Dwana kif ukoll mis-sezzjoni tal-Pulizija fejn ser ikun hemm ukoll il-kavallerija.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi billi jieħu l-‘pet’ jew il-bhima tiegħu. Ser tingħata tifkira tal-okkażjoni.
Din l-attività qed tittella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ tal-Banda Peace tan-Naxxar.
Għal aktar informazzjoni żur: https://www.facebook.com/SocjetaMuzikaliPeaceNaxxar/photos/gm.2162827680439253/2607174819299969/?type=3&theater