‘Irrid xi ħaġa issa u mhux imbagħad, illum u mhux għada, ma rridx nistenna sakemm infaddal anke jekk immur minn taħt imma rridha issa!!!’…Din hija r-reazzjoni ta’ instant gratification; meta trid xi ħaġa hi x’inhi, jista’ jkun minn ikel sa oġġett materjali, sa anke sitwazzjoni emozzjonali mingħajr ma tirraġuna x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi.
Din hija r-reazzjoni emozzjonali ta’ pjaċir u kuntentizza għat-twettiq ta’ xewqa jew għan personali fil-mument anke minħabba li tkun taf xi pjaċir fiha. Din taffettwa s-sitema soċjali tal-bniedem.
It-terminu ta’ gratifikazzjoni immedjata jintuża ta’ spiss biex jiddentifika s-sodisfazzjon miksub minn imġieba aktar impulsiva: meta wieħed jagħżel illum flok għada.
Il-ħila li tingħata preferenza lil għanijiet fuq medda twila ta’ żmien fuq dawk aktar immedjati hija magħrufa bħala gratifikazzjoni diferita jew paċenzja, u ġeneralment titqies bħala saħħa, li tipproduċi benefiċċji fuq medda twila ta’ żmien. Ovvjament għax jekk taħseb ftit, jekk inti kapaċi llum tonfoq €10 euro flok €20, jekk tonfoq l-€20 se tbati l-konsegwenzi. Imma mhux faċli li l-moħħ tal-bniedem jirraġuna hekk.
Sar esperiment minn Walter Mischel fejn uża marshmallow biex jittestja mudelli ta’ gratifikazzjoni minn tfal fl-età ta’ erba ‘snin, fejn offra marshmallow waħda u reġa’ offra oħra, wara ftit jiem. Induna li malli jduqu l-ħlewwa, t-tfal ikunu jridu iżjed mill-ewwel, ma jistennewx li l-ewwel jieklu jew jagħmlu xi ħaġa oħra qabel. Dan il-metodu beda jintuża bħala mezz kif wieħed jieħu xi ħaġa mingħand dak li jkun; toffri l-mument ħalli jtik li tixtieq, jista’ jkun anke flus (Dan l-argument ma jgħoddx speċifikament għat-tfal biss, iżda għall-bniedem ta’ kull età).
Tant hija xi ħaġa ta’ malajr, li l-kafe’ lest jissejjaħ instant coffee fejn dari, il-kafè kien jissajjar biss. Instant gratification tista’ wkoll tmur hazin ma’ min ikollu l-problema tad-droga; kollox issa mingħajr ħsieb għal għada. Tajjeb li wieħed ikun konxju minn dan l-istat.