Tbassir ieħor pożittiv għall-andament tal-ekonomija Maltija mill-Kummissjoni Ewropea. Fit-tbassir tagħha għall-ħarifa, il-Kummissjoni qalet li matul is-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija se jkollha tkabbir ekonomiku ta’ ħamsa punt sitta fil-mija tal-prodott Domestiku Gross.
B’dan it-tbassir, it-tkabbir tkonomiku ta’ Malta mistenni jkun tliet darbiet aktar mill-medija tat-tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropew. Il-Kummissjoni qed tbassar ukoll li l-Gvern se jkollu surplus fil-finanzi waqt li pajjiżna jista’ jibbenefika wkoll minn rilokar ta’ kumpaniji mir-Renju Unit għal Malta minħabba l-kwistjoni Brexit.