Ilbieraħ kompliet it-tazza tan-nazzjonijiet 2024 tal-Blackball li qed issir fi Brindlington fejn il-ġurnata kienet riservata għall-kategoriji individwali.
L-iktar plejers li waslu sal-fażijiet kruċjali ta’ din il-kompetizzjoni kienu Lee Ryan Darmanin, Clayton Castaldi u Clint Azzopardi. Dan tal-aħħar saħansitra għamilha sal-kwarti tal-finali wara li għeleb lil Sam Bennett 5-3.
Min-naħa l-oħra, Lee Ryan Darmanin irid jilgħab fil-fażi tal-aħħar sittax kontra Kyle Cope filwaqt li Clayton Castaldi jaffaċċja lil Matt Barcock.
Fil-Masters kien Jesmond Schembri li avvanza l-aktar meta wasal sal-fażi tal-aħħar sittax għalkemm ġie eliminat minn Darren Childs 5-4.
Sadanittant illum tintlagħab it-tielet ġurnata fejn ikunu fl-azzjoni t-timijiet Maltin:
10:00 – Malta Seniors vs Ingilterra
12:30 – Malta Masters vs Wales
15:00 – Malta Men’s A vs Wales
15:00 – Malta Men’s B vs Awstralja B
17:30 – Malta Seniors vs Awstralja
17:30 – Malta Masters vs Irlanda
20:00 – Malta Men’s B vs Belġju
22:30 – Malta Men’s A vs l-Iskozja