Wasal iż-żmien għal tazza ġdida!
Wara aktar minn 81 sena tal-FA Trophy kif nafuha b’mod tradizzjonali issa wasal iż-żmien li jkun bidla fit-tazza nfusha, dan wara li biż-żmien saru xi ħsarat.
Din it-tazza ġiet approvata mill-eżekuttiv tal-MFA matul il-ġimgħat li għaddew u ser tkun ippreżentata lill-poplu Malti matul il-logħba Ingilterra kontra Malta fil-Webmley Stadium fit-8 ta’ Ottubru 2016. B’hekk ir-rebbieħ tat-tazza FA matul is-sena li ġejja ser ikun qed iżomm din it-tazza f’idu għall-ewwel darba fl-storja.
It-tazza ser tkun qed isir mill-kumpanija Thomas Lyte, kumpanija l m’għandha bżonn l-ebda introduzzjoni f’dan il-qasam. Dan ser isir wara li l-FA ingliża offriet s-servizzi tagħha sabiex iġedded ir-relazzjoni bejn l-FA Maltija u dik Ingliża. It-tazza ser tkun madwar 65 ċentimetru. Ittieħdu l-aktar aspetti li jispikkaw fit-tazza kurrenti u li ser jinġarru għat-tazza il-ġdida, dan sabiex ikun hemm kontinwazzjoni.
It-trofew l-‘antik’ ser ikun miżmum f’post għal tal-apposta u ser ikun jista’ jitgawda mill-poplu kollhu sabiex jibqa’ jfakkar l-storja twila tal-futbol Malti.