Il-kantanta Taylor Swift rebħet battalja legali kontra l-eks DJ tar-radju David Mueller, fejn hija allegat li missha b’mod indiċenti waqt kunċert fl-elfejn u tlettax.
Mueller, li għandu ħamsa u ħamsin sena, oriġinarjament ressaq il-Qorti lil Swift għal danni ta’ tlett miljun dollaru, fejn qal li kienet hi r-raġuni li hu tilef xogħolu.
L-akkuża tiegħu ġiet miċħuda fil-jum tal-Ġimgħa minn Qorti f’Denver.
L-Imħallef Distrettwali William Martinez qal li Swift ma kinitx responsabbli, hekk kif Mueller ma ġabx biżżejjed provi li juru li Swift ippjanat biex hu jitkeċċa minn xogħolu.
Il-kantanta allegat li huwa missha b’mod indiċenti wara li hi aċċettat li tippoża għal ritratt miegħu u mat-tfajla tiegħu.