Tawni xebgħa għax gay. Dan kien il-messaġġ ta’ Clif Debono fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook wara li xi persuni aggredewh b’daqqiet ta’ sieq u daqqiet ta’ ponn għax hu persuna gay f’Paceville.
“Nixtieq ngħid xi ħaġa. Għax għandi nibdel lili nnifsi biex inkun kuntent. Jien gay u se mmut gay. Għaliex xi ħadd għandu jweġġagħni għax jien gay. Għandi xi ħaġa inqas minn oħrajn. Le. Tawni daqqiet ta’ ponn għax jien GAY. Anke f’Malta”, qal Clif waqt li ppubblika żewġ ritratti tal-ġrieħi li ġarrab li jur tbenġila taħt għajnejh u ġrieħi f’siequ.
Huwa qal li l-uniku ħaġa li qal meta staqsewh jekk hux persuna gay huwa li wieġeb iva, u bdew jagħtuh bl-addoċċ.