Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex joqgħod attent minn scams li qegħdin isiru permezz ta’ telefonati.
Dawn it-telefonati qarrieqa qed isiru b’numri ‘lokali’ (spoofed) taparsi minn uffiċini tal-Pulizija, u min qed iċempel qiegħed jitlob dettalji personali u/jew dettalji bankarji.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-appell tagħna huwa f’każ li wieħed jirċievi dawn it-telefonati biex ma jagħti l-ebda dettalji personali u jekk jiġi f’dubju jikkuntattja dirett lill-entità permezz tan-numri uffiċjali.