Il-kumpanija Progress Press bdiet proċeduri legali biex tirkupra ħames miljun dollaru mingħand żewġ eks-Diretturi Maniġerjali Adrian Hillman u Vincent Buhagiar kif ukoll Alfio u Keith Schembri.
Fi stqarrija il-kumpanija tat-Times qed tgħid li skont evidenza preżentata fil-Qorti, l-istess kumpanija sfat vittma ta’ negozju sigriet li gawdew minnu Hillman, Buhagiar u l-kumpanija tal-Kasco.
In-negozju kien jammonta tlettax il-miljun u nofs dollaru f’xiri ta’ makkinarju tal-istampar.
Il-kumpanija li tippubblika it-Times qed tfittex li tkun ikkumpensata tal-flus li nsterqu minnha f’dan in-negozju.