Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija rrefera għal dak li deher ilbieraħ fuq is-Sunday Times of Malta dwar investiment potenzjali fl-Air Malta minn investitur hekk indikat.
Il-Ministeru ikkonferma li, għalkemm kienu saru xi laqgħat preliminari mill-Gvern ma’ din il-persuna, m’hemm l-ebda taħdidiet għaddejjin magħha fil-preżent jew ma’ xi kumpanija li huwa tagħha s-sid jew, fejn hu għandu interess inkonessjoni mal-Air Malta.