Il-kumpanija tal-awditjar li awditjajt lill-Progress Press sabet diversi żbalji fil-proposti sabiex iġġib fondi mill-Malta Enterprise ħalli tixtri l-apparat tal-istampar.
Dan intqal hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Keith Schembri, Alfio Schembri, Malcolm Scerri u Robert Zammit, li jinsabu mixlija b’ħasil ta’ flus.
Rapporti fil-midja kienu qalu li l-kumpanija tat-Times setgħet frodat mat-tliet kwarti ta’ miljun ewro lil Malta Enterprise.
Wieħed mill-awdituri ta’ din il-kumpanija tal-awditjar xehed kif Progress Press tat-Times qatt ma talbithom biex jagħmlu awditjar tal-proċess tal-għoti tal-kuntratt għax-xiri tal-magni tal-istampar.
F’digriet mill-Qorti fl-aħħar seduta ntqal li s-seduta li jmiss se tkompli tinstema’ bil-magħluq.