Xandira storika. Il-bidu ta’ Super ONE Radio fl-1991. Eku mill-imgħoddi. Bħal-lum 33 sena ilu waqt il-marċ tal-Ħamrun waqt il-festa ta’ San Gejtanu saret l-ewwel xandira fuq ir-radju, dakinhar b’kollegamenti diretti. Avveniment li jibqa’ mnaqqax f’qalb is-semmiegħa ta’ dawn l-istazzjonijiet. Il-marċ tradizzjonali tal-Ħamrun.
Tat-Tamal b’baħar ta’ nies imlewwen ħamrani u fuq ix-xaqliba l-oħra, ieħor kaħlani, tal-miskina. Briju kbir li jixhed li l-marċ ta’ San Gejtanu, bħas-snin imgħoddija kien ieħor ta’ suċċess.
F’xemx tisreġ u taqli l-ankri, nies ta’etajiet differenti ċċelebraw din il-festa. ONE News kien fit-toroq prinċipali tal-Ħamrun u tkellem ma’dawk preżenti.
Staqsejna lil dawk preżenti min kien San Gejtanu.
Fost oħrajn iltqajna wkoll maż-żewġ Presidenti tal-Għaqdiet Mużikali ewlenin fil-Ħamrun fejn spikkat l-għaqda bejn it-tnejn.