Il-Maġistrat Nadine Lia astjeniet milli tisma’ l-inkjesta dwar l-impjieg li ngħata Melvin Thuema, il-middleman fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma’ kumpanija tal-Gvern.
Il-Maġistrat qalet li kienet qiegħda tieħu dan il-pass biex tassigura li mhux biss issir ġustizzja iżda tidher li qiegħda ssir.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Maġistrat kkwotat bosta sentenzi lokali u internazzjonali li stabbilixxew li meta jkun hemm raġuni leġittima dwar nuqqas ta’ imparzjalità, il-ġudikant għandu jastjeni mill-każ.
Il-Maġistrat il-ġdid li se jisma’ l-inkjesta se jerġa’ jittella’ bil-polza.