Wara s-suċċess kbir tal-ewwel sensiela, Taste History – il-fergħa gastronomika ta’ Heritage Malta – qed tniedi t-tieni skeda ta’ dokumentarji qosra mżewqa b’riċetti storiċi u xarbiet ta’ żmien twil ilu.
L-ewwel episodju tat-tieni sensiela ‘Taste Now, Visit Later’ jittratta avventura ta’ tlett ijiem fuq l-art u l-baħar li gawdewha sitt qassisin minn Ħal Qormi f’Awwissu 1760. Dan id-dokumentarju ta’ sitt minuti, bit-titlu ‘Xalata bejn Sema u Ilma’, jinkludi wkoll riċetta ta’ stuffat tal-fenek selvaġġ misluta minn ktieb tar-riċetti ppubblikat fl-Ingilterra fl-1747. L-episodju se jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Heritage Malta nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru fis-7pm.
Fit-tieni episodju, it-tim ta’ kuraturi, studjużi tal-istorja tal-ikel u kokijiet ta’ Taste History se jixħtu dawl fuq iċ-ċereali differenti li kienu jintaħnu biex jipproduċu diversi tipi ta’ dqiq fil-Mitħna Ta’ Kola f’Għawdex. Il-qamħ u x-xgħir, pereżempju, kienu jitħalltu flimkien biex joħolqu l-ħobża tal-maħlut. B’kummentarju minn Daphne Sant Caruana, il-kuratriċi prinċipali tal-Mitħna Ta’ Kola, it-tieni episodju jinkludi wkoll ir-riċetta tal-ħobża tal-maħlut. Dan l-episodju, bit-titlu ‘Malta qatt ma rruftat qamħ’, kif jgħid il-qawl Malti, jixxandar fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Heritage Malta nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru fis-7pm.
Iż-żewġ episodji huma bil-Malti u b’sottotitli bl-Ingliż. Jekk iqanqlulek interess biex issir taf aktar, tista’ żżomm ruħek aġġornat mal-avvenimenti organizzati minn Taste History billi tagħmel like fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/TasteHistoryMalta jew iżżur is-sit elettroniku https://tastehistory.m