Se jitwaqqaf task force bil-għan li esperti mediċi jagħtu pariri lill-Gvern dwar l-obeżita’.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dan flimkien ma’ numru ta’ inizjattivi biex il-Gvern jindirizza b’mod aħjar l-obeżita’ f’pajjiżna, partikolarment dik fost it-tfal.
Se jitwaqqaf ukoll kumitat interministerjali: ministeri differenti jingħaqdu u jaħdmu flimkien biex jindirizzaw l-obeżita’.
Il-Ministru Fearne qal li fl-aħħar xhur saru testijiet tal-BMI (body mass index) fuq it-tfal bil-għan li jkun hawn stampa ċara dwar l-obeżità fuq it-tfal.
Sadanittant f’Mejju se jġu organizzati numru ta’ attivitajiet u se jingħataw numru ta’ pariri lill-pubbliku dwar kif jista’ jgħix still ta’ ħajja aħjar.