Kmieni dalgħodu, il-grupp tar-reffiegħa ta’ San Gejtanu qabdu triqthom lejn Ruma biex mal-wasla tagħhom jibdew il-ħidma li ser tagħti bidu għall-programm ta’ xahar attivitajiet fejn qed jiġi ċċellebrat il-500 sena mill-waqfa tal-ordni tal-kleriċi regolari tat-teatini.
Il-Ħadd filgħaxija, l-istatwa artistika ta’ San Gejtanu, xogħol Karlu Darmanin, bdiet il-vjaġġ tagħha lejn il-Belt tal-Vatikan, fejn se tkun parti minn pellegrinaġġ li se jsir f’Ruma fl-okkazzjoni tal-500 sena mit-twaqqif tal-Ordni tal-Kleriċi Regolari tat-Teatini, li San Gejtanu stess kien waqqaf.

Ilejla wara quddiesa ċċellebrata mill-Ġeneral tat-Teatini Salvadore Rodea Gonzales fil-Bażilika Minuri ta’ San Andrea della Valle, se jingħata bidu għal ammont ta’ attivitajiet fejn tintrefa l-vara u ssib postha f’nofs il-knisja fejn ser tkun esposta hemm sal-jum tant mistenni mill-Ħamruniżi. Dak li l-vara bix-xbieha tad-dehra mistika li għix San Gejtanu toħroġ f’pellegrinaġġ u tidħol fil-Bażilika Maġġuri ta’ San Pietru fil-Vatikan.
