Wasal f’pajjiżna t-trofew tat-Tazza tad-Dinja, hekk kif bħalissa jinsab fuq dawra madwar id-dinja kollha qabel ma’ tibda l-kompetizzjoni tant prestiġġjuża fl-erbatax ta’ Ġunju fir-Russja.
Dan it-trofew beda jintuża fl-1974, wara li t-trofew ta’ qabel, imsemmi għal Jules Rimet, kien intrebaħ tlett darbiet mill-Brażil u b’hekk kellhom id-dritt li jżommuh għal dejjem.
Dan it-trofew kien insteraq fl-1983 u qatt ma kien instab.
Il-kompetizzjoni tant prestiġġjuża u segwita minn madwar id-dinja ntrebħet ħames darbiet mill-Brażil, erba darbiet mill-Ġermanja u l-Italja u darbtejn mill-Arġentina u l-Urugwaj.
Spanja, l-Ingilterra u Franza ukoll rebħu dan l-unur darba.
Ir-rebbieħa renjanti huma l-Ġermanja, li lura fl-2014, rebħu l-kompetizzjoni li saret fil-Brazil wara li għelbu lill-Arġentina fil-finali, bil-gowl uniku jkun skurjat minn Mario Gotze fil-ħin addizzjonali.
Qabel wasal pajjiżna, it-trofew kien f’Baku l-Ażerbajġan u wara Malta se jmur Vienna fl-Awstrija.