Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waslet f’Malta.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, von der Leyen ġiet milqugħa mill-Prim Ministru Robert Abela.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea waslet f’pajjiżna jum wara diskors importanti fil-Parlament fi Strasburgu, li fih faħħret lill-Gvern Malti tar-riformi favur is-saltna tad-dritt.
Hija mistennija tapprova l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta minn Fondi Ewropej.
Fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-Prim Ministru Malti qal kif fiċ-ċentru ta’ dan il-pjan ta’ rkupru hemm l-investiment fin-nies.
Aktar tard il-Prim Ministru Abela u l-President von der Leyen żaru l-MITA, li grazzi għal fondi Ewropej li l-pajjiż se jieħu mill-Unjoni Ewropea, se tkompli ssaħħaħ is-servizzi diġitali tagħha.