Waslet b’suċċess f’Mata l-ewwel titjira minn Doha, il-kapital tal-Qatar, permezz tal-linja tal-ajru Qatar Airways.
Din ir-rotta l-ġdida se tkun qed topera permezz tal-ajruplan A320 b’titjiriet kuljum matul is-sajf filwaqt li fix-xitwa se jkun hemm erba’ titjiriet matul il-ġimgħa.
Dan is-servizz il-ġdid li qed jiġi offrut Malta fetaħ opportunitajiet ġodda ta’ konnettività għall-klijenti tal-Qatar Airways hekk kif permezz ta’ titjira lejn Malta huma jistgħu jagħżlu li jsiefru lejn l-Afrika, l-Asja u l-Awstralja.
Waqt l-inawgurazzjoni ta’ din it-titjira, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li din it-titjira se tkun qed toħloq aktar opportunitajiet għal dawk kollha li se jagħmlu użu minnha. Spjega kif diġà bdew isiru workshops mal-Korea u l-Ġappun għal aktar opportunitajiet.
Ir-rappreżentant tal-Qatar Airways fl-Ewropa qal lijinsabu sodisfatti ferm li Mata tinsab fuq il-lista ta’ destinazzjonijiet tal-Qatar Airways fejn jinsab fiduċjuż li din id-destinazzjoni se tkun waħda ta’ suċċess.