Tas-South End Core se jkollhom imorru għal pjan B wara li l-FIFA ma laqgħetx il-pjan tagħhom għall-korjografika mill-isbaħ li kienet tinvolvi l-użu ta’ magni tad-duħħan u kanuni li jitfgħu l-karti. Fid-dawl li l-logħba tal-lum, li għaliha hemm mal-15,000 –il biljett fl-idejn, hija valida mill-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja kien hemm bżonn il-permess tal-FIFA. Permess li baqa’ ma wasalx.
“Sfortuntamanet ma rċevejniex il-permess. Minkejja li daħħalna d-dokumenti kollha anke dawk ta’ sigurtà,” qal Agius li xi ftit irrabjat innota kif ċerti affarijiet intużaw fil-logħba Portugall kontra l-Albanija. “Kien se jkun hemm spettaklu enormi li kien iżid mal-festa mistennija fil-grawnd. Imma xorta waħda għandna pjan B,” qal Agius li ħeġġeġ li min għand m’għandux biljett jaħseb ftit kmieni għall-grawnd u jingħaqad ma tas-South End Core fejn biljetti għad fadal.
Ritratt: MFA