Għall-ħabta tal-17:45 numru ta’ appartamenti f’Tas-Sliema kellhom jiġu evakwati wara li qabad nar f’appartament.
Fi ftit ħin, waslu diversi pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li bdew b’ħidma sabiex jitfu n-nirien. Il-ħaddiema tas-salvataġġ assistew ukoll numru ta’ persuni biex jevakwaw mill-blokka.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kawża tad-dħaħeni zviluppaw, numru ta’ appartamenti oħra sofrew ukoll xi ħsarat.
Preżenti fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel assistenza medika lill-persuni madankollu ħadd ma sofra ġrieħi.