L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat avviż legali dwar regolamenti ġodda li jappartjenu liġijiet tas-saħħa sanitarji relatati mal-bini. Ir-regolamenti l-ġodda se jtejbu d-dispożizzjonijiet sanitarji qodma stabbiliti fil-liġijiet ta’ Malta kif ukoll d-dispożizzjonijiet oħra riveduti.
Qabel l-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti l-ġodda, Malta kienet għada tagħmel użu mil-liġi sanitarja li kienet ġiet introdotta fl-1880 u fl-1934. Matul is-snin, saru biss emendi minuri f’din il-liġi u l-approċċ adottat kien ibbażat fuq il-General Services Board u l-Qrati tal-Ġustizzja sabiex jistabbilixxu l-istandards ibbażati fuq l-aħjar prattika. Dawn l-istandards tal-aħjar prattika, fost kriterji oħra, huma l-bażi ta’ dawn ir-regolamenti l-ġodda.
Ir-regolamenti, li jkopru d-dawl, il-ventilazzjoni u l-ħażna tal-ilma, se jkunu amministrati u nfurzati mill-Awtorità tal-Ippjanar flimkien mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali.
Ir-regolamenti jeħtieġu fost l-oħrajn li filwaqt li kull post ta’ abitazzjoni għandu jkollu faċċata fuq it-triq, wied jew kosta, l-ispazji abitabbli kollha għandhom jiġu illuminati u vventilati bid-dawl naturali u ventilazzjoni b’mod xieraq. Soqfa gglejżjati b’mod awtomatiku ritrattabbli jew soqfa fissi fuq courtyards li jipprovdu ventilazzjoni għall-ispazji abitabbli, ukoll jistgħu jiġu kkunsidrati basta li dawn jista’ jkollhom livelli aċċettabbli ta’ ventilazzjoni bi qbil mal-kodiċi u l-istandards rikonoxxuti tal-bini.
Il-preżentazzjoni tar-regolamenti l-ġodda saru mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri.
https://youtu.be/fjMeJxzdkVg