Tas-Civil Society Network qed jiftaħru li l-Partit Nazzjonalista mhux jiddefendi lil Adrian Delia.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, tas-CSN ftaħru li l-partit immexxi minn Bernard Grech mhux jaqbeż għal Delia wara l-aħħar allegazzjonijiet fuqu, irrappurtat mis-sit Lovinmalta.
Tal-Lovinmalta rrappurtaw li Delia bagħat messaġġi lil Yorgen Fenech waqt dibattitu parlamentari li sar wara li ħareġ li s-suspettat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu s-sid tal-kumpanija 17 Black.
Tas-Soċjetà Ċivili, li magħhom ikun hemm tal-għaqda Repubblika, Manuel Delia u deputati bħal Jason Azzopardi, ilhom jattakkaw lil Adrian Delia u kienu minn ta’ quddiem li ħadmu biex issir elezzjoni oħra għal Kap, li biha tneħħa Delia mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech qed jagħti raġun lil tas-CSN, hekk kif ma ħarġet l-ebda stqarrija mill-Partit Nazzjonalista biex tiddefendi lid-deputat tal-partit, Adrian Delia.
Din is-sitwazzjoni hu mifhum li qed tweġġa’ u timla’ bl-għadab lil tal-fazzjoni t’Adrian Delia.