Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa mgħammar biex jitla’ sa tnax -il sular. Ta dan it-tagħrif il-Ministru tal-Intern, Carmelo Abela, meta fil-Parlament kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari ta’ Jason Azzopardi.
Dan it-tagħrif jidher minn perspettiva differenti meta wieħed iqis id-dibattitu li għaddej f’pajjiżna dwar bini għoli, bid-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jgħid li hemm maħsub xiri ta’ vetturi ġodda li jilħqu iktar fil-għoli.
Għalkemm mal-maltatoday Rizzo kien ikkwotat jgħid ukoll li hemm miżuri oħra li diġa’ qed jittieħdu li jiffaċilitaw it-tifi tan-nar mill-għoli.