Immaġinak sejjer għal mixja filgħodu u tiltaqa’ ma din ix-xena.
Xi ħadd għoġbu jikteb il-kliem “tarmix żibel, RIP hawn, barri” fuq ħajt ta’ dik li tidher hija kamra ċkejkna fl-imwarrab. Huwa ritratt li xi ħadd tella’ fuq il-paġna Malta Diżastru Totali – ma nafux il-lokalità.
Tkellimna mal-Ispettur u President tal-Police Officers’ Union, Sandro Camilleri.
Qalilna li dan jiġi kliem initimdatorju, u li fi żmien meta kien fid-distrett kien jibda jinvestiga min kiteb dak it-tip ta’ kliem. Mistoqsi kif jinvestiga, qal li jiċċekja l-akwati u jistaqsi domandi bieb bieb.
Wieħed jifhem li min kiteb dan il-kliem jinsab urtat minħabba żibel li jintrema’ b’mod mhux xieraq. Wieħed jirrealizza kemm kapaċi tkun sitwazzjoni iritanti. Allura x’jiġri jekk ikun is-sid stess li kiteb dak il-kliem fuq propjetà tiegħu?
“Billi l-propjetà tkun tiegħu, ma ttiħx fakultà jagħmel li jrid” wieġeb pront l-Ispettur. Żied jgħid li hemm certu ligijiet li joħorġu mill-att dwar il-protezzjoni tal-ambjent u liġijiet oħrajn li jistgħu jinfurzaw fuqom il-Pulizija tad-distrett.
Filwaqt li wieħed għandu jsemma leħnu kontra żibel li jintrema f’ħin u post mhux xieraq, ma jistax lanqas itappan l-ambjent hu stess bi kliem bħal dan.