L-Istati Uniti qed timponi tariffi ġodda fuq mitejn biljun dollaru f’prodotti Ċiniżi hekk kif qed teskala l-gwerra tan-negozju ma’ Beijing.
Dawn it-tariffi japplikaw għal kważi 6,000 oġġett, u jimmarkaw l-ikbar għadd ta’ tariffi Amerikani s’issa.Basktijiet tan-nisa, ross u tessuti se jkunu inklużi, iżda uħud mill-oġġetti li mistennija jkunu fil-mira wkoll ta’ dawn it-tariffi, bħal smart watches u high-chairs, kienu esklużi.
Fil-passat, iċ-Ċina wegħdet li se tirritalja kontra iktar tariffi tal-Istati Uniti.
It-taxxi se jidħlu fis-seħħ mill-24 ta’ Settembru, jibdew fil-livell ta’ 10% u jgħolew għal 25% mill-bidu tas-sena d-dieħla, sakemm ma jintlaħaqx ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi.