Dawk li mhux klijenti tal-HSBC u se jkunu jridu jsarrfu cheque se jkollhom iħallsu t-tariffa ta’ €5 mis-16 ta’ Awwissu ‘l quddiem. Il-klijenti eżistenti tal-HSBC Malta se jibqgħu jibbenefikaw minn tisrif ta’ ċekkijiet b’xejn iżda mis-16 ta’ Awwissu 2018, il-bank se jestendi t-tariffa ta’ €5 li diġa’ tapplika għal tisrif ta’ ċekkijiet mhux tal-HSBC minn persuni li mhumiex klijenti tal-HSBC, sabiex tkopri ukoll ċekkijiet ta’ HSBC imsarrfa minn klijenti mhux ta’ HSBC.
Il-bank joffri metodi elettroniċi alternattivi ta’ ħlas permezz tal-internet u l-applikazzjonijiet bankarji fuq il-mowbajl, li huma aktar sikuri u konvenjenti. Kelliem għall-HSBC spjega kif l-iskop għall-estensjoni ta’ din it-tariffa hu li jkopri l-ispejjeż ta’ diliġenza dovuta meta l-bank jipproċessa pagamenti għal persuni li mhumiex klijenti tal-bank.